Thursday, April 13, 2006

Granet Twal

Ser nitlaq mill-JP. Ghadni sa issa ma nafx x'qed jigri. Ghazla bhal din, difficli biex taghmilha. Specjalment jekk tahdem f'post fejn meta tidhol filghodu ma ssib lil hadd - hadd - li tiddejjaq tara wiccu.

Dalghodu kont fil-kamra l-kbira, la stanza dell'oro, kif inhobb insejhilha jien. Id-direttur tieghi rega saqsieni l-ghalfejn iddecidejt li nitlaq. "Ma nafx x'laqtek," qalli bi tbissima li ma gibditnix daqs dawk tas-soltu. Forsi ghax it-ton tad-domanda kien dimess, mhux inkoragganti bhas-soltu.

U jien stess ghadni ma nistax nispjegalu. Il-but, iva, dak dejjem jitkellem. Huma offrewli biex nibqa. Offrewli tajjeb. Bhal donnhom l-Arsenal, joffru somma li rari joholmu, biex izommu lil Henry. Mhux ghax jien tajjeb daqs Henry, m'ghandix dik il-heffa, dik it-teknika, dik il-perfezzjoni estetika bejn velocita u sfond. Izda fir-rwol taghna, it-tnejn li ahna, minkejja l-boghod li hemm bejnietna, jien u Henry konna noholqu l-problemi jekk niccaqalqu.

Apprezzajtu hafna dak l-isforz li ghamlu, id-direttur u l-manager tieghi. Izda kont ili ntella' u nnizzel xahar shih, kultant ma norqodx. U ladarba ghamilt l-ghazla tieghi... ghall-miktub ma hemmx kunsill.

Il-klienti ghadhom ma jafu b'xejn. Jibqghu icempluli, b'xi kanna l'hinn u b'xi kanna l'hawn, u jien nidhkilhom u nghidilhom 'Iva, mela le mghallem...'. Ghadni ma nafx kif ser jehduha, l-ahbar it-tajba, li suppost ser intihielhom nhar it-Tnejn, li jigi l-ghada ta' l-Ghid. X'daqsxejn ta' sorpriza hallielna l-Flask, ser jghidu f'qalbhom.

* * *
Illum filghodu sibt nipparkja ftit aktar l'isfel mis-soltu. Fi triq ma' genb l-ufficcju taghna hemm blokk flats, fit-tieni sular jghix wiehed daqsxejn imtektek (il-kollegi tieghi li ghandhom certu livell ta' inglizati jiddeskrivuh bhala 'he's more there, than here') u din il-gimgha fettillu johrog iwaddab il-gebel mit-tieqa tieghu. U laqat Ka. Il-Ka hija ta' wahda, ex-habiba tieghi, li tahdem f'showroom tal-karozzi ftit aktar 'l isfel minn dan il-blokk flats.

Jien u miexi lejn l-ufficcju rajt skjera shiha ta' gebel fuq hogor it-tieqa ta' sehibna li aktar qieghed maghhom milli maghna. Izda il-purtiera kienet maghluqa kollha, ma jmurx jidhol xi xaqq ta' dawl. Ghax inkella, johrog, jidghi tnejn, jhedded lil xi hadd invizibbli, u jerga' jibda jwaddab il-gebel ghal isfel. Ma jmurx jolqotli l-Clio. Imbaghad mur oqghod b'daqqa bhal dik fuq il-bonnet.

Wasalt lejn il-lift, ghafast il-buttuna il-hamra bhalma naghmel kull filghodu, u bhas-soltu, fl-istorbju li jaghmel, qghadt nistennieh niezel. Tas-Sunday Circle ghandhom l-istess imghallem, izda lift hafna isbah. Bil-mirja fuq kull naha. Nahseb idumu iharsu lejhom infushom zmien, kwazi kwazi jitolbu li jmur id-dawl biex iduru naqra maghhom infushom. U jien, harist lejja innifsi f'dik il-mera, u hsibt fl-ohrajn.

Becky, li saret qisha ohti z-zghira (jew il-kbira, skond il-kaz). Alessandro. Mark. James (l-artist). Il-Bjank. Il-Mizzi. Iz-Zee. Il-Fabri. Rose. Danielle. Il-Gove. Ser jisparixxu kollha, dalwaqt.


U jien, sadattant, ghadni ma nafx x'laqatni.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home

Blog Counter