Friday, April 14, 2006

L.

L. kultant nahseb li tghix fis-shab, tant li ghandha wahda ghaliha. Jekk tkun ser taqa d-dinja ma nahsibx li tersqilha, forsi ghax ma tindunax fil-hin.

L. hija tfajla gustuza. Ghandha zmien ftit inqas minni. Xagharha isfar u ghajnejha blu cari. Fis-snin tmenin kienet tkun kantanta famuza, bl-istess wicc bhall-kantanti l-ohrajn ta' dik l-epoka. Ghandha lehen helu hafna, u niehu gost titkellem maghha fuq it-telephone. Thobb tidhak, mid-dehra joghgobha s-sarkazmu tieghi. Avolja hafna drabi ma nghid xejn specjali.

L. tghix fuq sigra niexfa fid-dezert. L-istess dezert li tad-diska Horse With No Name ta' America ("There were trees and birds and rocks and things..."). Minn fuq din is-sigra tara kulma hemm madwarha jinbidel, u tahseb fil-fond, tinkwieta, biex tara x'se ikun il-pass li jmiss. Il-hmerija hi li, hafna drabi meta tkun fuq sigra fid-dezert, dak kollu li tara ma jkun xejn hlief miragg.

L. kultant thares l'isfel mis-sigra u thossha tibza mill-gholi. Tghix fuq is-sigra niexfa, mhux ghax tippreferi l-arja pura, imma ghax bellghuhiela li fl-gholi tghix ahjar. Ommha, li meta kienet ghadha xebba kellha l-lussu ta' hafna kunjomijiet (xi demm nobbli, milli nista' nifhem), aktarx kienet wahda minn dawk li jemmnu li, min jghix fuq is-sigar huwa ahjar minn dawk li jghixu mat-triq.

L. harset lejja b'harsa mifxula. Id-daqqa zghira li ghandha fuq imnehirha giet tidher ftit aktar. Kwazi kerrhet wiccha, il-bjuda tal-wardiet tkemmxet ftit. Ix-xahar ta' ghajnejha tmejjel ftit ukoll. Xufftejha ghamlu l-forma tal-kelma "eh?".

L. regghet ma fehmithiex, hsibt bejni u bejn ruhi. Hallieha. Xi darba tasal wehidha. Ghalxejn insus warajha.

L. dawret wiccha lejn il-computer, kitbet xi haga u regghet hassritha. It-tbissima regghet fegget fuq wiccha. "I'm making coffee. How do you take yours?"

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home

Blog Counter