Klassifika tat-Tgħajjir?
Fil-kamra jew aħjar, kmamar minn fejn joħorġu l-aħbarijiet sportivi tat-Times ta' Londra dan l-aħħar donnhom qed jieħdu ftit gost mhux ħażin. Jew inbidel xi manager, jew għamlulhom dispensers ta' l-ilma ġodda. Jew forsi għamlu toilets ġodda.
Sabiex jiftħu Awwissu, xi erba' min-nies ta' din l-uffiċċju intefgħu jgħaddu żmienhom jiġbru l-agħar ħamsin tgħajjira tad-dinja ta' l-isport. U marru lura sabiex ġabru frażijiet mill-bidu tas-seklu l-ieħor (numru 26) u saħansitra minn Oscar Wilde (numru 50).
Hawn biex togħxa, b'din il-klassifika, għax minbarra insulti fuq il-kapaċita ta' min qed jilgħab (ara numru 9, dwar Carlton Palmer) issib xi tnejn ironiċi bil-familji tan-nies.
Per eżempju:
8 "I should've kept my legs together, Fred."
"So should your mother.".
F'din il-klassifika nsibu wkoll kummenti dwar wieħed mill-atturi favoriti tiegħi, Vinnie Jones, li fiż-żmien kien futboller ta' Wimbledon u li llum sab karriera ferm aktar adattata bħala attur vjolenti fil-films ta' Guy Ritchie. Fin-naħat ta' fuq tal-klassifika nsibu wkoll frażijiet bħal: Kif inhuma l-mara u t-tfal? Il-mara orrajt, it-tfal ritardati.
Ir-rebbieħ ta' din il-klassifika semi-nobbli huwa, s'intendi, bniedem li l-edukazzjoni qatt ma jinsieha fuq il-kommodina: Marco Materazzi.
Kulħadd jiftakar id-daqqa ta' ras li qala Materazzi mingħand Zidane fil-finali tat-Tazza tad-Dinja fl-2006, madwar sena ilu. Ħadd ma jiftakar, iżda, u ħadd għadu ma skopra, x'qal eżatt (ie kelma b'kelma) lil Zidane sabiex tah daqqa ta' ras u ramieh metru bogħod minnu.
Huwa propju għalhekk li Materazzi rebaħ din il-klassifika: mhux fuq li qal, iżda fuq li ġralu.
U ovvjament it-Taljani qamu u qajmu agħa kbir magħhom: Il Times Insulta Materazzi kien wieħed mit-titli li qrajt. Ħeqq, tinsewx li Materazzi huwa l-kampjun ta' l-aplomb Taljan, il-bniedem li fuqu jinbena l-prinċipju ta' l-edukazzjoni Ġiżwita, daqsxejn bħall-Mahatma Gandhi tal-futbol. X'fettillhom, tat-Times, jattakkawh b'dan il-mod? Mischinetto!
Relax, chill wieġbuhom mill-uffiċċju tat-Times.
Fish and chips, Rory?

* * *

0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home