Kolonja (2)
"Schumacher... fittxu lil Schumacher. Malli tarawh taghrfuh."
Imma l-Germanja kulhadd twil, u bejn wiehed u iehor ma tvantx tvarja l-espressjoni li jkollhom. F'nofs Dusseldorf, bdejt inhares lejn kull min kellu geddumu gej forma ta' sink, imma ebda minnhom ma kien ix-Xumaker li kellu jilqaghna.
Ivan, li kien jafu minn wiccu, lemhu, u mill-ewwel ghajjatlu. "Sibnieh!" smajtu jghid fost elf lehen iehor. X'hin harist lejn Schumacher indunajt li ma kellu x'jaqsam xejn ma dak li naraw fuq it-television jahsel lil ta' madwaru bix-xampanja.
Schumi hadilna b'idejna, u mxejna warajh lejn il-kowc li kienet qed tistenniena. Is-sewwieq nizel u tana daqqa t'id bil-bagalji, kwazi kwazi aqqas halliena niccaqalqu minn fuq il-bankina biex naghtu sehemna. Tlajna fuq il-kowc u konna qisna tal-muzew. Ivan u Debbie bilqieghda hdejn id-driver, jitparlaw u jiccacraw max-Schumacher. U ahna fuq wara. Jien, l-itwal wiehed, kont bilqieghda fuq il-bank ta' wara nett, fin-nofs, biex saqajja ikollhom fejn joqoghdu. Hdejja kien hemm il-Hajta, li ma setax jemmen li kelli biss wiehed u ghoxrin sena. Melvin kien bilqieghda xxamplat fil-bank ta' quddiemna fuq il-lemin, u fuq tax-xellug, bid-discman f'widnejh kien hemm il-Bobby. Is-Serp insejt fejn kien bilqieghda, u nahseb li James kien bilqieghda fis-seat ta' quddiem il-Bobby.
Ghalkemm kont qed nghaddiha fil-kowc ma' dawn l-irgiel, kont qed immut ghal sigarett. U nahseb anke l-ohrajn kienu se jibdew jilaghbu b'subghajhom. Ghamilna siegha nparlaw u nitnejku. Is-Serp faqqa xi tnejn minn tieghu. Il-Hajta jidhak bih kemm jiflah. Il-Bobby ma kien qed jisma' xejn minn dak li kien qed jinghad.

* * *
Dakinhar kilna xi haga hafifa minghand hanut ta' l-ikel Tork li kien hemm kantuniera mal-hotel. Kienet zona ta' Kolonja fejn, jekk tghajjat 'Omer' kienet tirrispondik triq shiha. Bhal donnok qed tghajjat 'Wenzu' fil-misrah tal-Birgu, jew 'Bastjan' fil-misrah ta' Hal Qormi. Dahal tifel zghir u ma setax jiftah il-bott tal-Coke li kien ghadu kif xtara. Wara xi ftit sarar, is-Serp irnexxielu jiftahulu (minghajr ma jahsel lil kull min kien fil-hanut).
Siegha wara konna fil-Mediaplatz. Pjazza enormi mdawra b'bini gholi fuq kull naha. Ma kienx hemm xi hafna x'tara, u fil-fatt mill-ewwel intfajna nharsu lejn zewg tfajliet li kienu hemmhekk ma' wahda mill-artisti l-ohrajn. Sakemm qed niggustawhom taghmel bufura rih qawwija. L-ilma li kien hemm migbur fuq wahda mit-tined tar kollu ghal fuq technician Germaniz u dan, f'daqqa wahda, sab ruhu mahsul minn fuq s'isfel. Min jaf kemm dagha f'qalbu, imma dak il-hin ra lil zewg kollegi tieghu jitmellhu bih u ma kellux ghazla hlief jidhakha hu wkoll.
Imma r-rih kompla jzid. U ftit wara dehret Anja, li tahdem mar-radju WDR, (organizzatur ta' dan l-avveniment) u qaltilna li minn Bochum, madwar 45 kilometru boghod minna, kien hemm avviz ta' tornado.
Ivan hass rasu ddur daqsxejn bih. Hares lejn martu u lejn is-sema. Ma kienx temp sabih, aqqas xejn.
(ikompli)

0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home