Monday, April 17, 2006

Via Crucis (ergo, Derby della Madonnina)

Taghna kienu hemmhekk, armati u storbjuzi. Din id-darba, avolja kienet il-Gimgha l-Kbira, hadmulha sa tard bil-lejl. U fl-ahhar deher, enormi, jghatti il-Curva. Banner bit-tema ta' Dante, li ma konna noholmu bih anqas fi zmien meta Diego Abandantuono kien jilbes ta' xitan u fl-attakk kellna lic-cinju ta' Utrecht, l-eroj ta' dejjem, Marco Van Basten.

"E che trofeo giĆ  mai non veda questa perduta gente in nerazzurra maglia, ma che di scherno e delusione sia sempre preda". U wara, biex inizzlu id-daqqa fil-fond, kitbulhom "La vera commedia siete voi".

Taghhom l-anqas biss dahlu l-ground. Kulma marru kienu xi elfejn ruh, imxebbghin sal-ponta ta' imnehirhom, u marru biex isaffru u jbossu lil plejers. Lanqas il-president Moratti ma mar jaraha l-ground il-loghba. Ara taghna mar, avolja denbu taht il-blata minhabba l-elezzjoni. Imma taghna ihobb jidher. Jekk ikun hemm tieg irid ikun il-qassis. Jekk ikun hemm funeral irid ikun il-mejjet. Jekk hemm programm fit-TV irid icempel biex jghid tieghu.

Hdejja, mimdud fuq is-sodda tieghi bil-friex kemmxejn imharbat, kien hemm missieri. Ma nafx kif hrigtlu Milanist. Forsi ghax, l-ahhar darba li l-Inter hadu xi haga ta' siwi kelli biss sitt snin, u kellhom tliet Germanizi jilaghbu maghhom. Il-Germanizi qatt ma hmilthom hafna, jien.

Jien kont bilqieghda fuq is-siggu tal-computer, li mieghi ra hafna loghbiet tal-Milan u sema anke xi ftit tal-kliem pastaz. Kultant jehlu ma rasi nies bhal Kaladze. Fiz-zmien kellna lil nies bhal Helveg, u Giunti, u N'Gotty. Kultant anke Inzaghi jinzerta jqabbizhieli. U kultant nibda nitlob lil Ancelotti biex jaqla lil Seedorf ghax "qazzizni jilghab hekk illum". Imma dak is-siggu ferah mieghi ukoll. Kemm-il derby, u kemm-il rebha. Anke dik meta tajna tlieta lil Juve, dis-sena.

Waqt id-derby xi ftit jew wisq dejjem nispicca nizbel fuq xi haga jew ohra. Kif ghidt qabel il-loghba, dawn in-nies (i.e. l-Inter) huma "l-aghar razza ta' nies fil-football." Ovvjament, din hija iperbole barra minn lokha, ghax minbarra missieri, ghandi hafna hbieb kbar tieghi li huma interisti. Niftakar f' siehbi Joe Tanti, kollega ta' mitt avventura, u niftakar f'Alistair, li mieghu rajt l-ahhar derby li tlifna 3-2 u hlift li mhux se nerga nara derby iehor barra minn kamarti.

Dahlu it-tnejn u ghoxrin fil-ground, u meta rajt lir-referee hadt qatgha. U l-Inter hargu bis-sikkina bejn snienhom, lesti biex iqattghu. Adriano deher li ried. Stankovic deher f'tieghu. F'nofs il-ground poggewlna tliet players biex ikissrulna l-loghob ta' Pirlo u Seedorf. Gattuso ma zzommu b'xejn imma.

Fl-ewwel nofsiegha kulma kellna kienet harba ta' Cafu minn fuq Burdisso. X'hin Gilardino tefghu gholi bir-ras tghidx kif gdimt idejja. Ghax, wara kollox, kienet il-Gimgha l-Kbira. Huma ppruvaw ukoll. Dida harablu darba u ghal naqa ma pattiex. Figo harab wahda tajba lil Maldini u ghal naqa ma ghamlux Stankovic. Missieri kien se jghajjat "Gowl", imma wehel fil-G. U l-lizar beda jitharbat aktar.

U l-Inter bdew inaqqsu l-pressing. Nesta u Kaladze kienu qed ifakkruni f'Baresi u Costacurta fl-aqwa taghhom. Adriano ma baqax irid daqshekk. Pirlo beda jmiss il-ballun bil-mod. U lejn l-ahhar ta' l-ewwel half ergajt gdimt idejja ghax Materazzi, l-aktar plejer ahdar li ghandhom l-Inter, nizzel lil Gilardino darbtejn, darba minnhom fil-kaxxa. Gholejt minn fuq is-siggu, u b'disprezz werzaqt xi haga lejn it-television. Missieri dahakha.

Fil-half time inzilt fil-kcina, sahhant it-torta bit-tonn taz-zejt li kienet lestiet ommi (nizlet ghasel, Ma) u tlajt nikolha fuq. Fil-kamra tieghi, biex nikkoncentra fuq id-derby waqt li l-Multiplus beda juri r-riklami tas-soltu. U ta' wiehed minnhom ma harigx kif suppost.

Fit-tieni half qomna fuq taghna. Missieri rega gie jimtedd, kien ghadu bin-nofs dahka fuq wiccu. U malajr marret. Seedorf zelaq quddiem il-goaler, hu u niezel ixxuttja xorta u ghal naqa ma dahalx. Imbaghad il-goaler taghhom hareg ghall-friefet, gie ghand Shevchenko u Cordoba imbutta l-ballun minn fuq il-linja. Bla ma ndunajt sibt ruhi nigdem il-vertical blinds li kelli hdejja. Qatt ma hmilthom dawk il-blinds u issa li naf x'toghma fihom qtajtha li nnehhihom.

Huma kellhom wiehed b'Figo. Tefghu barra bir-ras. Dak kont naghmlu jien. Missieri rega' wehel fil-G.

U fl-ahhar sibnieh. Cross li gie ghand Kaladze. Materazzi zelaq fil-kaxxa. Allegorija ghall-istagun ta' l-Inter. Ggant kbir u ikrah li jizloq fejn u meta mhux suppost. Kaladze zammu sew, u faqqa' xutt jahraq. Bix-xellug. U jien ghollejt il-ponn tal-lemin.

Iva, sewwa rajt. Dahal. Il-Kaladz. X'goal ghamel. Aqqas Shevchenko.

Huma ppruvaw xi darbtejn. Imma aktar ghax hawwad Dida milli ghax stinkaw huma. Adriano aqqas deher. Stankovic baqa jipprova. U hin minnhom ta ballun bit-takkuna li mar barra mill-ewwel. U qomt minn fuq is-siggu ncapcap kemm niflah.

Fl-ahhar spiccat il-Via Crucis ta' l-Inter. L-elfejn ruh li kien hemm baqghu jsaffru lil Zanetti u shabu. Mancini tilef is-setting ta' xaghru.

Ghall-erwieh, hsibt. Sadattant, missieri qam minn fuq is-sodda, illixja ftit il-lizar, u hareg b'nofs dahka minn gol-kamra.

1 Comments:

Anonymous Anonymous said...

B'din ir-rata nahseb l-Inter lanqas kapaci jirbhu tournament tas-Subbuteo. Pero li titnejjek bl-Interisti kull derby saret monotona daqs l-istennija li se nirbhu l-Eurovision kull sena (Iva anke din is-sena mhux se nirbhu l-Eurovision u jekk noqghodu ingergru minhabba l-gurija, l-hbieberija bejn certu pajjizi jew in-nuqqas ta' telephones fir-Rumanija mela haqqna l-istess trattament ta' l-Interisti). l-uniku interist li jiddispjacini ghalih huwa missierek Wayne ghax kellu jsib lilek ma' wiccu wara t-telfa, kont nipreferi nsib dak l-Dante enormi quddiemi allavolja bhala profil nahseb x-xebh hemm qieghed :)!

-Henri

10:53 am  

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home

Blog Counter