Monday, April 24, 2006

Kolonja (3)

Il-bufura rih li haslet lil dak il-Germaniz dahhkitna mhux ftit. Imma ma domniex ma nibdew nishtuha. Bla ma naf xi stajt nghid, jew nahseb, qghadt nosserva lill-Winter Moods iduru qishom zugraga mifxula fic-changing room li tawna tad-WDR. Hin minnhom poggew, ilkoll bilqieghda fuq bank ta' l-injam, jieklu c-cikkulata u l-gheneb, li tawna tad-WDR ukoll. Bdew iharsu lejn xulxin (barra s-Serp li baqa' bin-nuccali) u stajt tara id-dizappunt miktub fuq wicchom b'ittri majjuskoli.

Ivan kien l-iktar wiehed li tatu gewwa din tar-rih. "Ilna tant nahdmu biex nigu ndoqqu hawn"...
dazgur, komplejt f'mohhi, biex ifottili kollox ir-rih lanqas Alla ma jrid. Hin minnhom hareg bl-idea li jdoqqu go Hard Rock Cafe. Mhux idea hazina, kieku.

Biex nghaddu z-zmien pejjipna sigarett wara l-iehor, u xrobna birra fuq birra, u kafe fuq kafe, u kultant nghaddu xi kumment fuq xi persunagg jew iehor. Kurt rega mar in-naha l-ohra tal-Mediaplatz ilesti s-sound.

Ta' l-A3FM bdew icempluli minn Malta ghall-kollegament. X'kollegament, l-angli? Hawnhekk tlajna biex naraw it-tined jixxejru mar-rih. Lanqas il-
Beer Festival ta' Farsons.

Wara ftit regghet fegget Anja. B'Ingliz naqa mfarrak tarrfet lil Ivan li setghu jaghmlu s-soundcheck, avolja dan ma fissirx li kien se jsir il-Festival. Fuq Ivan dehret nofs tbissima. Ghall-erwieh, bdejt nisthajlu jghid.

Soundcheck. Xita hafifa. Tlajna u giddimna Mars ohra (hawnhekk, kellna ninsew il-ftira u l-pastizzi) u fis-sebgha ta' filghaxija setghu jibdew idoqqu.

Daqqew donnhom qed idoqqu f'Malta, qisu xejn m'hu xejn. Rilassati. Jitbissmu. Is-Serp gennen erba' tfajliet ta' madwar sbatax-il sena li kienu qed jaqbzu quddiem il-palk. Ara dawn ukoll. Gew sitt irgiel mill-Isla u qed igennu folla f'Kolonja. Bil-familji b'kollox, kulhadd icapcap.

Sadattant, Arthur Caruana, DJ minn Bormla li dak iz-zmien kien kollega tieghi l-A3FM, kien mieghi fuq il-linja tal-mobile ta' Debbie. U avolja ma fhimtx akka minn dak li saqsieni, bdejt nghidlu li mistaghgbin kemm sejrin tajjeb. U ma kontx qed inharref.

* * *
Il-birra Germaniza qatt ma nizlitli ghasel daqs dak il-hin. Regghet bdiet tqattar ix-xita u ma tajniex kasha. Konna nofsna fis-sakra (nehhi lil Ivan u 'l Debbie, s'intendi) u kien ghadu l-hin. L-istaff tad-WDR donnhom iggustawna. Hareg mit-tinda Volkan, li jkanta ma' band Torka jsimha Orange Blue. Birra ohra. U sadattant, f'tinda qribna, kien hemm il-London Beat.

Kont iltqajt ma' wiehed minnhom fil-lift tas-Savoy dakinhar u m'gharaftux. Hsibtu turist Gamajkan, bhalma hu hasibni xi turist Awstrijakk ta' bla kliem u bla sliem.

U l-Hajta qallu "jien u l-mara, fi zmienna, konna nohorgu u fin-nightclubs kienu dejjem idoqqu dik id-diska taghkom...
I've - Been - Thinking About You".

ikompli

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home

Blog Counter