Thursday, April 27, 2006

Kolonja (4)

Is-Sibt filghaxija ergajna nzilna hdejn ir-Rhein. L-ewwel bar li sibna jaghti lemha lil Huggins, ta' Paceville. Hasra li anqas biss dhalna. Malli dahal l-ewwel wiehed minna, is-sid hareg minn wara l-bar, u minghajr ma dam jiflina, kecciena b'mossa ta' idejh li xejn ma hmilt.

In-naha l-ohra, fil-Mediaplatz, kienu qed idoqqu l-Motorhead. Imma biex immorru narawhom kien boghod wisq (rajniehom, tnejn minnhom, fil-hotel taghna fil-hamsa ta' filghodu).

It-tieni bar li sibna kien ta' wiehed Sqalli li mill-ewwel laqaghna. Bla nkwiet ta' xejn. Hadna birra li qatt ma konna doqna qabel, il-Heineken jisimha ghandijkun, dik tal- flixkun ahdar u tikketta hadra bi stilla fin-nofs.

Wara hrigna npejpu sigarett hdejn ix-xmara fejn rajna ghexerien ta' koppji zghazagh ipejpuha. U mbaghad imxejna lejn birrerija fejn kien dehrilna li rajna hafna tfajliet.

* * *
Fit-tlieta ta' filghodu nfetah il-bieb il-kbir, dak ta' wara, u minghajr garr jew protesti, in-nies hargu kollha 'l barra. Ahna morna nieklu xi haga ta' malajr, niftkarni bid-dmugh f'ghajnejja nixrob l-ilma minhabba li l-kebab li hadt kien jahraq nar.

Fil-hamsa ta' filghodu konna qed naghmlu pipi wara l-Kattidral. Il-Kattidral kien l-uniku haga li kien hemm x'tara f'Kolonja, hlief ghall-ufficcji tad-Deutsche Post (fejn kont intlift is-sibt filghodu).

Ahna u ghaddejjin minn quddiem il-Hilton, fejn kien hemm reqdin
dik il-kantanta Maltija u l-manager taghha, infexxejna nghajtu, nahseb biex inqajmuhom. Ovvjament, hadd ma xiref mit-tieqa. U, minhabba li ma konniex qeghdin f'nofs il-Birgu, konna qed nistiednu l-inkwiet li norqdu f'xi kamra minn tal-Polizei.

* * *

Il-Palestinjan kien ilu jhares lejna bl-ikrah xi siegha u nofs. Kju twil ta' nies u hadd ma ta kasna, hlief ghal dan ir-ragel. It-tifel tieghu ckejken kien riekeb fuq it-trolley tal-bagalji, ghajjien mejjet. Debbie qaltilna li Schumacher kien ghadu kif rebah il-GP ta' l-Ungerija. Sadattant, fl-ajruport ta' Frankfurt kien hemm storbju kontinwu, jidwi go mohhok, bhal meta xi hadd zewg bibien 'l isfel minn darek ikun qed isammar, jew jobrox, jew ihabbat, u wara kwarta tidrah.

Kultant, dan l-imbierek Palestinjan kien ihares lejna, donnu mahsud, forsi ghax rana strambi jew ghax bdejna nidhku zzejjed. Jien wahhalt fil-hwejjeg tas-Serp. U wara ftit indunajt li kien l-apparat li beda jgorr mieghu Kurt li kien qed jinkwetah.

Kurt ukoll induna. Ta' brikkun, dar lejna, u b'
timer isfar f'idejh, qalilna "Jekk naghmel il-bomba ghat-tmienja tajjeb?" Ahna nfqajna nidhku, il-Palestinjan instaram u beda jittawwal lejn il-basket kollu wires u imbarazz li kien qed igorr Kurt. Wara ftit minuti zewg suldati gew jippassiggaw hdejna, daru tnejn madwarna bla ma ghamlu mistoqsijiet. Ta l-X Rays kienu hafna aktar kurjuzi.

Debbie u Ivan kellhom kollox organizzat. Ftiehmu mal-manager tal-mitjar biex inkunu nistghu nqabbzu bicca mill-kju. Viva l-gitarri li konna qed ingorru maghna.

Ivan dar fuq l-ohrajn u qallhom, "Ha ntih CD lil dan ukoll..."

"Stenna ftit sakemm naslu," qal xi hadd.

Il-Bobby tella' siequ fuq it-
trolley li kellu quddiemu, mejjel ruhu ftit 'il quddiem u bid-dahka fuq wiccu kkwotalu frazi minn diska ta' Chris de Burgh, "Don't Pay the Ferryman..."

Ivan kompliehielu: "
Until he takes you to the other side".

* * *
Kelli riha t'gharaq hafifa li kienet qed iddejjaqni. Malli wasalt fil-kamra tieghi, xghelt il-komputer, ftaht l-eMule, u nizzilt Don't Pay the Ferryman. Hekk jew hekk, issa wasalna.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home

Blog Counter