Camden Town (4)
Qomt ftit għajjien illum.
Qabel il-pizza ta' Shoreditch konna ġrejna ftit jien u Jonny, madwar Londra. Tottenham Court Road, Regent Street, waqafna Starbucks, rajna Soho, u bini li kellu l-bandiera Nazzjonalista fuq il-bejt. Xtaqt immur niltaqa' mas-sid, li skond ma tgħid il-leġġenda huwa ċertu wieħed Neil. Imma Jon ippuntali lejn il-bieb u x'ħin rajt ħafna rġiel marsusin ma' xulxin intbaħt li aħjar inkomplu l-mixja tagħna. U qtajt xewqti li mmorru Denmark Street, fl-aħħar.
Il-muskoli tan-nofs t'isfel ta' ġismi kienu qishom ġejjin mill-gwerra tal-Boeri. Ħriġt fid-disgħa ta' filgħodu, xtrajt pakkett bacon u xi ftit imbarazz ieħor minn Sainsbury's. Għamilt breakfast daqsxejn tqil. Ħadt shower daqsxejn sħuna. Barra kienet ġurnata daqsxejn sabiħa.

* * *
Inżilt mit-tube f'Hyde Park Corner. Imxejt wara s-signs li juruk ill-postijiet ta' interess f'Londra. Suwed, b'tipa bajda, bożja, issibhom aħjar minn raġġ ta' tama meta tkun maqbud f'tunnel.
Imxejt bil-kwiet lejn Hyde Park. Lanqas tani li nqabbad sigarett. Hawnhekk, f'din il-medda ta' art ġganteska, issib il-paċi miegħek innifsek u man-natura. Sakemm tkun miexi f'nofs il-papri u titħaddet mal-mijiet ta' squirrels jiġġerrew madwar dan il-monument tan-natura. Poġġejt bilqiegħda fuq bank inħares lejn is-siġar. U striħajt. Għajni għal ftit marritx bija. Imn'alla kien hemm żewġ Taljani fuq il-bank ta' ħdejja li żammew il-leħen irritanti tagħhom jasal għal widnejja, u fil-kurituri ta' moħħi.

Għadni ġej minn Buckingham, palazz li lanqas jibda mas-sbuħija tal-House of Commons. Hemmhekk rajt il-famuża Change of the Guard, simbolu skabruż ta' l-imperjaliżmu Ingliż, u tiġini dehxa meta naħseb li avveniment bħal dan huwa attrazzjoni għal turisti u mhux. Il-God Save the Queen, u dik il-linja li tant ma naħmilx, speċjalment fi żmien il-World Cup... "Send them victorious..." Xi ħadd messu jfakkarhom li l-kruċjati spiċċaw, u Napuljun ilu mejjet.
Għalfejn mort Buckingham mela? Ma nafx. Id-darba li jmiss mhux se nerġa nieħu dik il-mixja kollha. Żgur mhux forsi.
and the heir
of a shyness that is criminally vulgar
I am the son and heir
of nothing in particular"
Morrissey. Philip f****n Morrissey. Il-ħdura deċiża ta' dik in-Nothing in Particular baqgħet f'moħħi matul il-mixja f'High Street, Camden, fejn qed niġġerra mat-triq inħares lejn il-ħwienet. Qisni tifel żgħir li xjaħ kmieni, u bqajt miexi sakemm wasalt il-Fopp, ħanut tad-diski magħmul għal min il-mużika jaf jismagħha, u jikolha.
Hawnhekk jekk titlobhom l-album tas-Smiths fejn hemm How Soon is Now kważi jibdew jitnellħu bik. Ħalliha li l-albums tan-Nine Inch Nails kienu spiċċaw, għallinqas sibt xi ħaġa għal snieni. Xtrajt Piece by Piece ta' Katie Melua, u ġibt ukoll Live at Earl's Court - ta' Morrissey appuntu.
Filgħaxija morna nduru Camden erġajna. Jonny kien għajjien u qbadna karozza tal-linja flok nerġgħu nieklu mixja kbira. Hekk jew hekk, bl-Oyster Card tiġik irħisa. Morna f'bar Kuban, fejn għaddejna ħafna mill-ħin inħarsu lejn xulxin, għajjenin mejtin, u jien qgħadt nirrispondi l-muntanja messaġġi li bdew ġejjin minn Malta.
Illum irqadt kemmxejn inkwetat. Ma nafx għala. Hekk jew hekk, is-sufan ta' Jonny tant kien komdu li nessieni dak kollu li kien qed idur f'moħħi. Anke leħen dawk iż-żewġ Taljani.
(...ikompli)

"I am the sonand the heir

0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home