Meta Qabżitlu Beppe Grillo (3)
ikompli...
Allaħares kellna xi ħadd bħal Beppe Grillo f'pajjiżna, imexxi protesti kontra l-iżvilupp ta' Ċenċ jew tar-Ramla l-Ħamra (eh bilħaqq, domt daqsxejn biex ktibt it-tielet parti, għax kont f'daqsxejn ta' estasi b'leħen irqiq dwar ir-revoka tal-permess). Hawn Malta kienet biżżejjed "tieqa illegali" fid-dar ta' Astrid Vella sabiex il-MEPA dawritha f'persunaġġ ħati ta' krimini kontra l-umanita, li żżomm il-martell u l-minġel taħt is-sodda, u li fil-kexxun tal-kommodina, fuq il-brevjarju l-aħmar, għandha wkoll santa ta' Joe Brincat mgħannaq ma' Fredu Sant.
Lil Grillo diffiċli tagħmillu bojkott. Fl-Italja żammewh 'il bogħod mit-televiżjoni ta' l-istat u spiċċa jidher xorta waħda, għax bis-saħħa ta' leħnu kulħadd beża li xi darba kien ser jiċċaqlaq il-blat. Hawn Malta kien ikun hemm żewġ toroq għal xi ħadd bħal Grillo: jew li jirnexxilu t-tir li jqajjem kuxjenza permezz ta' dak li jgħid; jew jispiċċa bħal Josie Muscat, Norman Lowell u tużżana karretti oħra li qatt ma kellhom loġika fl-argumenti twal u sħan tagħhhom. U jintesew fix-xejn, għajr għal xi erbgħa min-nies f'xi każin.
Xewka bħalma hu, Grillo attakka lill-politiċi Taljani fuq l-ambjent ukoll. M'ilux wisq, fl-eqqel tal-gvern ta' Prodi, kien għaddej agħa kbir dwar it-Treni Ad Alta Velocita, li fl-Italja jirreferu għaliha bħala t-TAV.
Din it-TAV kellha taqsam il-Val di Susa sabiex tgħaddi lejn Franza. Naturalment il-popolazzjoni qamet kontra dan l-iżvilupp, u Grillo kien wieħed minnhom. Imdawwar minn folla mdaqqsa, fetaħ l-intervent tiegħu f'Turin b'dan il-kliem:
"Hawn folla ta' tmenin elf ruħ. Is-sindku qed jgħid li hawn elf u ħames mija. Ta' min immorru fuq is-sindku, u intuh xutt fil-bajd kull wieħed, u ngħajtu BUUU. Qed nara ħafna anarkisti revoluzzjonarji ta' tmienja u tmenin sena (daħk mill-folla). X'qegħdin tagħmlu hawn?"
Iżda minbarra dawn it-tip ta' mass meetings, Grillo huwa magħruf bħala bniedem li jipprova jagħti eżempju bl-inizzjattivi kemmxejn strambi tiegħu. Fost oħrajn, meta l-FIAT niedet mudell ta' vettura ġdida, Grillo laqqa' il-ħaddiema quddiem l-impjant tal-Mirafiori u qagħad jispjegalhom dwar il-karozza li taħdem bl-ilma (hydrogen, biex inkunu preċiżi). Darba kiteb fuq il-blog tiegħu li permezz ta' magna li hemm fis-salott tiegħu, jiġġenera enerġija mix-xemx u fl-aħħar tax-xahar ibiegħ l-enerġija minn din il-magna lill-ENEL.
Minjaf għala, dejjem jistaqsi ruħu, il-kbar tad-dinja qed jinsistu li jużaw il-faħam u ż-żejt biex jipproduċu l-enerġija. Mhux sigriet li dawn ir-riżorsi ma tantx se ndumu ngawduhom.

0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home