A Volte Ritornano, Vol 2
It-triq minn ta' Xbiex għal Għawdex qatt m'għamiltha f'waħda. Issoltu dejjem ikun hemm xi stazzjon jew xi qadja x'issir. Din id-darba waqaft ftit fit-triq ma' sieħbi Italo, lgħabna zewġ logħbiet billiard, u għal darb'oħra indunajt li m'inix maqtugħ. Imma, illejla, il-ġimgħa filgħaxija bix-xita traxxax, kull forma ta' intratteniment hija tajba.
Fit-tmienja neqsin ftit qed nistenna il-vapur t'Għawdex. Qed nara ftit ta' xena mhux ħażin. Ftit 'l isfel minni, bilqiegħda fuq bank, hemm raġel ta' madwar ħamsin sena, twil u mżaqqaq. L-aħħar darba li ħarist lejh kien għadu qed jilgħab b'subgħajh, bil-bagalja tistrieħ fuq ħoġru. F'daqqa waħda ħareġ dak li jaqta' il-biljetti, flimkien ma' pulizija. It-tnejn li huma għaġġlu l-pass lejn dan ir-raġel li kien qiegħed hemm bilqiegħda bi kwietu.
"Dan hu, sir," gżah tal-biljetti.
"Xiex? Mhux diġa għedtlek... jekk trid fittixli..."
"Tgħajjatx, jekk jogħġbok, bil-mod qed nitkellmu," qabeż iwiddbu l-pulizija.
Ix-xenata kompliet għal madwar ħames minuti. Milli stajt nifhem, kienu qed jitlewmu fuq nofs lira biljett għal Għawdex. U jien, kien nagħmel issoltu meta nara dan it-tip ta' paprati, dort dahri lejhom u komplejt, b'entużjażmu naqa aktar baxx minn qabel, is-sigarett li kien qed jinħela f'idejja.
Tiela' waħdi, Għawdex, mingħajr il-karozza, bl-iPod mingħajr headphones, bil-ħwejjeġ li mort bihom għax-xogħol dalgħodu, bir-riħa ta' sigaretti li teħel miegħek wara l-ħames wieħed. Poġġejt fuq sufan ftit bogħod mill-canteen, qgħadt inħares lejn in-nies jagħmlu l-kju biex jixtru ħobża, pastizz niexef jew cikkulata, lager jew kapuċċino.
Darba hawnhekk niftakar lil Josef iriegħed vapur bid-dagħa, wara li fi tmiem ta' nofsiegħa pepe u yes please, yes thankyou, croissant u sure, qaleb nofs tazza kafe fuq idejh il-leminija. Dakinhar ridna ninqasmu bid-daħk x'ħin rajna dak l-eżempju tant Malti ta' Jekyll u Hide. Josef baqa ma ħax gost, imma nsomma.

* * *
Il-figura rqiqa ta' Pierre Mejlak qed tistenna ftit passi 'l bogħod minn fejn tinżel, b'tisbita ħafifa, ir-rampa tal-vapur t'Għawdex. Ilna sena ma niltaqgħu, anke jekk il-kitbiet tagħna, b'xi mod, iressqu lil Wied il-Għajn lejn Brussell qisu xejn m'hu xejn.
Kif inti, sieħbi? Pierre baqa' l-istess. Mhux għax stennejtu ser jitbiddel wisq, mhuwiex karattru li ser jiffanfra għax għamel sentejn jaħdem barra. Għad għandu dik id-daqsxejn emfażi fuq il-pronunċja tax-x, li kont innutajt għall-ewwel darba meta konna kollegi fuq Calypso FM. Dak iż-żmien kien jaqra' l-aħbarijiet (minbarra li kien head of news, jekk m'inix sejjer żball).
Fuq id-dashboard tal-FIAT hemm kopja tar-rumanż Riħ Isfel (Pierre - nistqarr miegħek - għadni fir-raba' kapitlu). Il-karkura li hemm fuq il-faċċata fakkritni fl-idjoma Maltija li jħobb juża sieħbi Pawlu - fejn nesa l-karkura x-xitan. Rumanż bħal dan jieklu Pawlu kieku jiġi f'idejh.
Pierre qed isuq mgħawweġ ganċ, 'il quddiem, viċin ta' l-isteering. Donnu ma joqgħodx komdu fil-karozza. Wasalna l-Qala, fejn ir-ristorant kien mimli sa ruħ ommu. Imn'alla talab li jżommulna post, ħsibt bejni u bejn ruħi.
L-ikla: pizza special għal Pierre (li, kif innota hu stess, normalment ikun fiha l-ingredjenti kollha) u ravjul għalija, għax kelli aptit nitħanżer daqsxejn. Inbid abjad u flixkun ilma biex jinżel kollox.
U, bejn tazza inbid u oħra, bdiet id-diskussjoni. Ir-radju f'Malta, l-ideat tiegħi fuq x'hawn nieqes mix-xandir Malti; x'ġaralhom Rachel u Lou Bondi mal-PBS, kemm sbieħ is-Super One, kemm naqqas in-NET skond is-surveys; Linus, Nicola Savino, u Nikki ta' Radio Deejay.
Il-kitba, rumanżi bil-Malti, u l-ex għalliem tal-Malti tiegħi, Pawlu Buhagiar, li jaħdem fl-istess kamra ma' Pierre. Imbagħad, x'sar minn sħabna tal-B.Communications, Facebook, u l-pagi f'Londra; politika Maltija, is-sebgħin elf tal-bankina ta' Ninu Zammit u ċ-ċajta ta' Sant fuq Buffon u l-autogoals. Iċ-chairman tal-MEPA u s-sospiżi mill-MMA; kif iż-żewġ partiti fottew lill-Alternattiva fuq il-konfini elettorali, u kif Josie Muscat fotta kollox billi ngħaqad mar-rażżisti u mal-klassisti. In-nuqqas ta' kariżma ta' Sant u Charlon Gouder li ra wisq minn Le Iene. U kif, minkejja li jipprova kemm jipprova, Pierre xorta għadu ma jistax jaqta' minn dak kollu li qed jiġri hawn Malta.
Spiċċat l-ikla u għadna qed nitħaddtu. Wasal ħin l-espresso u l-vapur tal-ħdax u xi ħaġa. Reġa daħal mgħawweġ ganċ fil-karozza u saqni lura lejn l-iMġarr.
Lili, qed tistennini triq miċ-Ċirkewwa għal Wied il-Għajn, bit-togħma ta' l-aħħar Dunhill li baqa' jiġri fil-pakkett. Lil Pierre qed jistennewh erbat'ijiem riħ isfel ta' Għawdex u ajruplan lejn l-arja kiesħa ta' Brussell, fil-bard tal-belt li titkellem bosta lingwi, li ebda minnhom ma tinftiehem daqs il-lingwa tas-sinċerita.
Poġġejt fl-istess rokna li kont fiha fl-ewwel vapur, qbadt il-kopja tiegħi ta' Riħ Isfel u bdejt l-ewwel kapitlu.
Minkejja l-ħedla li kelli fuqi xorta ma statjx inneħħiħ minn idejja. U naħseb li, ladarba nlestih ser jiddispjaċini, li, bħal meta tkun lestejt deżerta tajba, fil-platt ma jkun għad fadal xejn u tkun diġa qed tistenna l-ikla ta' l-għada f'nofsinhar.

4 Comments:
Nerghu naghmluha, Wayne.
bloggata tajba oħra wayne, fuq riħ isfel, niftakarni nqum ftit qabel is-sitta ħa mmur ġirja qabel ix-xogħol u spiċċajt flok mort ġirja bqajt fis-sodda u wasalt tard ix-xogħol!
jogħġobni dan il-blogg...ma nafx kif ma kontx skoprejtu qabel. kemm kienet tidher pjaċevoli s-serata :) xi trid aktar?
Angelo - Grazzi hafna. L-uniku haga li ridna aktar - kif jghidu fir-riklami fl-Italja - "Un Lucano..."
Jean Paul - nammirak li tqum fis-sitta biex tmur tigri. Jien inkaxkar saqajja u nitgerbeb it-tarag fis-sebgha neqsin kwart ta' filghodu, u naghmel gurnata buri fuq siegha irqad.
Pierre - bil-qalb kollha, id-darba li jmiss inhallas jien u immorru ghand Ta' Salvina.
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home