Maltin u Moldavi fix-Xita u r-Riħ u l-Innijiet
Ix-xita li kienet qed traxxax fit-tlieta ta' waranofsinhar bdiet tiħrax bil-mod. Timxi fit-triq u qisek qed taqsam ix-xmara Tigris, speċjalment hawn isfel, f'Ta' Xbiex, fejn inzerta li m'hawnx triq waħda invellata kif suppost.
Jien u Pawlu tlaqna fis-sitta ta' filgħaxija, u soqna f'nofs orġja sħiħa ta' karozzi u ilma, magħrufa aħjar bħala t-Traffiku Malti Meta Tagħmel Qatra Waħda u Tistordi lil Kulħadd. Wasalna l-Mosta, u wara l-ewwel tixriba tboss li blajt sakemm imxejt għad-dar ta' sieħbi, biddilna fuq fuq u soqna lejn Ta' Qali, ippakkjati qisna żewġ suppressati (bil-kappa b'kollox).
Issoltu imdorrijin nistennew xi logħba ma' l-Italja biex jimtela Ta' Qali, u hemm eluf li bħali, ma jersqux lejn Ta' Qali fi tmiem il-ġimgħa biex jaraw il-logħob tal-kampjonat tal-Premier. L-entużjażmu ġdid għall-futbol Malti huwa, biex nużaw kelma li diġa ġiet abbużata u stuprata, posittiv. Biex ngħidu s-sewwa, kien hawn splużjoni ta' interess bis-saħħa ta' Pawlu u Louis tar-Rookies, li ilhom minn qabel is-sajf jaħdmu sabiex finalment twieldet is-South Core, l-ewwel forma ta' support organizzat għat-tim nazzjonali Malti.
U m'hemmx isbaħ minn logħba bħal Malta kontra Turkija (Settembru 2007, 2-2) sabiex reġgħet bdiet tissemma l-għajta Forza Malta. Li, fiha nnifisha, hija diġa l-isbaħ għajta li tista' tgħajjat.
Għajjat - barra l-bibien ta' Qali, biex insibu żewġ biljetti, rajna l-passjoni. Neħħi x-xita, li ma kinitx qed tgħin, intbaħna li kienu qed jispiċċaw il-biljetti. Issa, ħsibt jien, jekk mal-Moldova qed jispiċċaw il-biljetti, x'jiġri kieku allaħaresqatt nilagħbu mal-Brażil? Barra minn hekk, fuq ir-radju kien qed jingħad li f'Ta' Qali ma kienx għad fadal fejn tpoġġi.
F'nofs imbuttar u ċajt li jingħad biex iddaħħak lill-folla li tkun qegħda madwarek (fosthom, l-aħwa ġibu deodorant u tgħidli qalbi fil-kċina ħa narawha) spiċċajna qtajna żewġ biljetti u dħalna mingħajr aktar tensjoni fil-grawnd. Pawlu għamel siegħa jidħak bija x'ħin lill-pulizija li kien qed ifittixli fil-bwiet u sabli xi ħaġa daqsxejn imdaqqsa għedtlu "Għandi l-kamera, għandi l-kamera!!"
X'ħin dħalna fil-Millennium Stand kienet għadha nieżla x-xita. Ma lħaqniex l-innijiet (kelli kurżita biex nisma dak tal-Moldavja) iżda konna hemm fil-ħin eżatt għall-bidu tal-logħba.
Tistgħu taraw x'ġara fil-logħba fuq bosta siti oħra, mhux ser nidħol f'dettall għalxejn. Dak li ma jgħidux il-gażżetti, iżda, ser niktbu hawn:
5 minuta "Mister ersaq min-nofs għax jien daqsek ħallast biex nara."
Dort u nsib tlieta minn nies bilqiegħda f'nofs il-Milliennium Stand, fejn hemm kulħadd bilwieqfa bl-umbrelel.
7 minuta "Mister ersaq min-nofs għax..."
"Mhux intom qegħdin bilqiegħda?"
It-tlieta li kienu bilqiegħda qamu u sabu żona oħra.
11 minuta Innu li ġej mis-South Core jgħid hekk: F*** il-familji tagħkom...
30 minuta Jitfaċċa Manuel Cuschieri. Mis-South Core qamet buuuu kbira, indirizzata lejn il-goaler tal-Moldavja (li kien qed jitqażżeż). Cuschieri reġa daħal ġewwa, forsi biex jixtri kafe.
45 minuta, Malta qed titlef tlieta b'xejn u qamu frażijiet komuni fosthom F*** kemm għandkom u Bla Bajd. Banner ċkejken imdendel maċ-ċint tas-South Core li jgħid Small Country, Big Balls kien qed jidher veru inutli.
Half Time, fil-kju għall-kafe.
"Sorry, ma taħsibx li qed tqabbeż lil kulħadd?"
"Veru," - qbiżt jien - "il-kju jibda minn hemm wara..."
"Ehe?"
57 minuta Referee, mela għandek il-katarretti?
59 minuta Il-Mars u l-kafe ta' wara l-half time għadhom qed jagħtu bis-sieq.
74 minuta Penalty għall-Malta. Hekk mela, ja l**a. Jien sadattant, għadni qed inxejjer subgħajja tan-nofs, anke jekk ma nafx lil min.
84 minuta Tieni goal ta' Malta. F'daqqa waħda kulħadd qisu beda jemmen li ser inġibu d-draw.
94 minuta Tmiem il-logħba. Wara sagħtejn xita, għadni ma nistax nemmen li tlifna mal-Moldavja.
Tlaqna nieħdu burger m'għand Noel tal-Mosta.

0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home