Kieku Kristu x'Kien Jagħmel?
Immaġinaw li Kristu ma ġiex fi żmien ir-Rumani. Immaġinaw li ġie wara li laħqu twieldu s-Sony, Walmart, Popmart, Superman, il-Petronas Tower, l-intolleranza sesswali u l-prostituzzjoni legalizzata.
Kieku ma kienx ikun il-Kristu li jidher fuq is-santi tal-Mużew, b'għajnejh ħodor u xagħru kannella twil, b'leħja folta ta' bniedem matur li xorta jidher żagħżugħ. Ma kienx ikun il-Kristu ta' Pasolini maħdum minn Irazoqui, miexi ħafi b'rasu mgħollja fir-raħal ċkejken ta' Matera.
Immaġinaw, għal ftit minuti, li Kristu kien il-bniedem perfett fis-seklu wieħed u għoxrin. Perfett, mhux fiżikament jew soċjalment. Aħsbu f'dak kollu li għallem u għex Kristu, iżda flok ħabbatha mar-Rumani, ħabbatha ma', fej naf, ġirien li jżommu r-radju għoli.

* * *
Jien m'inix bniedem reliġjuż wisq. Il-bini tal-knisja u jien għandna ftit antipatija lejn xulxin. Il-qoffetti bil-flus ma naħmilhomx. Id-deheb u l-istatwi ma jinżlulix. Il-qassisin kultant iparlaw fil-vojt. Lil Kristu narah biss f'xi nkwatru ndurat bid-deheb, u mkien iżjed. It-tagħlimiet tiegħu dwar is-sinjuri li jgħaddu minn għajn ta' labra waqgħu fuq widna torox. Il-qassisin li marru jaħdmu f'Ismu lejn l-Afrika, l-Asja u l-Amerka t'Isfel huma ppersegwitati u jgħixu fil-faqar. Il-Vatikan, imbagħad, huwa sinjur daqs l-iSvizzera, fejn għandu nofs il-kontijiet f'nofs il-banek ta' dak l-istat.
Din il-kontradizzjoni qatt ma niżlitli.
Pero m'inix ateju, jew anjostiku. Pasolini kien ateju.
Illum min jgħid li hu ateju iqabbadni d-daħk, u wara ftit il-biki. Jekk ma temmen f'ħadd, inti m'għandek ebda funzjoni f'ħajtek; inti biċċa laħam li ma temminx li xi ħadd ġabek fid-dinja. Ma jistax ikun li ma temmen f'ħadd; għalija, inti qed tipprova turi kemm int cool.

Ma nistħix ngħid, issa li daqt nagħlaq 25 sena, li Kristu huwa wieħed mill-ftit eroj tiegħi. Miegħu hemm Senna u Guevara. Sudamerikani, leġġendi fil-qasam tagħhom. Bħal Kristu, ma għexux il-milja kollu ta' ħajjithom, li ntemmet ħesrem f'nofs missjoni oħra. Bħal Kristu, inħares lejhom u niftakar fil-vers ta' Bon Jovi (minn tant nies, veru, imma did-darba kiteb ħaġa tajba): Mama I gotta try/Don't you know that all my heroes die.
Il-figura ta' Kristu qed nemmen fiha daqsxejn bħal dawk in-nies li, meta jindunaw li tilfu kollox, iduru lejh. Bħall-parabbola ta' l-iben il-ħali. Bħalissa għandi mistoqsija li ma niflaħx inżomm, anki jekk naf x'ser tkun it-tweġiba. Kieku Kristu kien jgħix fis-seklu 21, u joqgħod ftit 'l isfel minni (għax ma jistax ikun li kulħadd fl-Istati Uniti jgħix), kont nimmaġina l-ħarsa ta' wiċċu malli jisma l-mistoqsija tiegħi.
Imma din il-mistoqsija, sieħbi, ma nistax inżommha fija. Ma niflaħhiex. Ilha tlitt ijiem u tlitt iljieli ddur ġo fija. Għandi bżonn tweġiba, irrid nisma ħoss. X'nagħmel...
...tgħid, lil dak, intihielu ġo nofs wiċċu?
Dak il-ħin instema l-ħoss tal-mobile. "Ġej, iva, hawn qiegħed. Issa nġiblek Prison Break mela, orrajt. Ħallejtek..."
Mingħajr tweġiba, Kristu tani dahru u mexa 'l hemm. Bħal donnu qed jgħidli, agħmel int, Flask, int taf xi tħoss. Imma taf ukoll x'inhu sewwa.

0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home