Il-Kaxxa
Il-gear ta' Akwa li kien tani Klaus tal-Foster Clark's. Ahmar bil-linji suwed u sofor, gie f'idejja ghax l-Angola ghaddew ghall-World Cup u allura se jbieghu aktar pakketti tat-trab tal-laring.
Il-gemel zghir li kien gabli Michael, iz-zghir ta' Raphael, mit-Tunisija. Ghamel sena fuq il-monitor, jaqa kull darba li jifthu l-bieb tal-gallarija.
In-notepad li kien tana l-Piscopo, fil-Milied, li tghidx kemm gejt bzonnha.
Kopja tal-ligi tal-Mandati, li kont ghamilt lejl nahdem fuqu. Fuq il-linja, kienu t-tmienja u nofs ta' bil lejl, niftakar lil Fiona tippanikkja ghax lil Karm ma kienx ser joghgbu x-xoghol.
Zewg envelopes bojod. Karti kontra karti. Xi proposals antiki li kont ghamilt.
Ir-ritratt ta' Janine. Becky ma kinitx tahmlu. Janine sabiha wisq. Il-hmerija hi li, tezisti u hi pjuttost dhulija.
Kopja ta' l-FS3. Payslips u karti ta' hafna numri.
Illum zarmajt dak li kien ghad fadal fl-ufficcju. Nhar it-Tlieta se nibda n-naha l-ohra. X'ghafsa ta' qalb, din il-kaxxa tal-kartun li qed ingorr mieghi lejn id-dar. Illejla, se johorguni biex niccelebraw. Ha nibdew mill-Muddy's, ghax hemm inhossni home. Fejn nispiccaw... Alla biss jaf.

0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home