Thursday, December 14, 2006

Camden Town (6)

Jien għalija kienet biżżejjed il-vaganza, il-fatt li qiegħed hemm, il-fatt li rajt l-Emirates isbaħ milli diġa jidher fuq il-kaxxa. Imma l-oħrajn li kien hemm madwari, liebes bħalhom għall-okkażjoni, ma ridux jafu b'telfa. L-atmosfera m'hix biżżejjed. Il-ferħa li tara l-Emirates għalihom ilha li għaddiet: rawh f'Lulju meta Bergkamp ġie jgħid 'ċaw' ta' l-aħħar, u meta miegħu kien hawn nies bħal Van Basten, Kanu, Vieira, Adams, Bould... kollha leġġendi f'din in-naħa ta' Londra.

Issa qed jaraw lil Van Persie, Hleb, Gilberto, Toure u Rosicky jitħabtu biex jirbħu ma' l-Everton. Gulija ibati ma' David.

U lanqas Henry ma kien qed jagħmel ħafna.

* * *
Neħħejt il-kamera minn idejja u poġġejtha fil-basket li kelli ħdejn saqajja. Issa ġbidt biżżejjed ritratti. Issa qed nikkonċentra fuq il-logħba. U chances kien hemm kemm trid. Imma baqa ma riedx jidħol.

Għaddiet aktar minn siegħa logħob. Ħin minnhom bdejt nogħrok għajnejja. Wenger neħħa lil Djourou (difensur ċentrali) u poġġa lil Walcott. Qatt ma rajt lil Wenger jilgħab bi 3 difensuri fuq wara; u lanqas illum ma kont ser narah. Sakemm qam ground sħiħ iċapċap u jgħajjat "Theo, Theo, Theo," iż-żgħir mar fuq wara, fuq il-lemin, fejn issoltu jilgħab Eboue li llum imweġġa. X'riedu jagħmel Wenger?

Ftit sekondi wara, Walcott ħa l-ballun mill-kaxxa ta' l-Arsenal u qasam sal-kaxxa ta' l-Everton, jiġri daqs għafrid u jaqbeż żewġ players fi triqtu. U kulħadd, b'Jonny b'kollox, qam iċapċap.

Minuta 67. Fabregas jirbaħ freekick minn barra l-kaxxa ta' l-Everton. Van Persie qiegħed il-ballun f'postu, Henry kien qiegħed bilwieqfa ħdejh u ħadd ma kien ċert min se jtih.

Tah Van Persie. U daħal.

U qalbi ħarġet.

* * *
Spiċċat 1-1. Ħriġna fost folla ta' supporters ta' l-Arsenal, siekta ħlief għal xi tnejn li ma setgħux jemmnu n-nuqqas ta' riżq li kellhom il-Gunners illum. Ippruvaw minn kollox imma baqa ma daħalx.

Imxejna mixja twila lejn Islington, raħal sabiħ immens fejn tista' tonfoq flusek tiekol u tarma d-dar tiegħek. Ma kienx hemm tama li taqbad it-tube minn Finsbury Park jew minn Arsenal lura għal Camden, minħabba l-armata ta' supporters li kien hemm fit-toroq.

Finalment qbadna karozza minn Angel (wara li morna nixtru żarbun minn Next, għal Laura s'intendi) u wasalna Camden. Il-ġuħ ħakimni, imma filgħaxija kien hemm id-derby ta' Milan. Ħa naraw x'hemm fuq il-menu tal-McDonalds.


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home

Blog Counter