F'Għeluq Snini
Ħamsa u għoxrin sena, kwart ta' seklu. Qed inħares fil-mera wara li qatgħatli xagħri Josephine. Kont ili ma naraha lil Josephine, mindu kellha ż-żgħir għaddiet... sena. Sena ilu kollox kien differenti. Dis-sena qed nintebaħ, jien u nħares fil-mera, li qed taqagħli xagħri. Wiċċi ma nbidilx wisq, forsi nixef xi ftit kif jgħidli Italo. Ix-xagħar t'għajnejja m'għadnix nagħti kasu. Hekk jew hekk l-anqas l-aħwa Gallagher ma ħabblu rashom fuq il-kunċett ta' monobrow, dis-sena ta' min nipprovaha xi ftit jien.
Is-sajjetti ma waqfux. Dis-sena ħareġ temp ikrah, ħafna. Dis-sena ħriġt darba biss, mort niekol f'nofsinhar ma' Lara, kif ilni nagħmel għal dawn l-aħħar erba' snin. Dis-sena ma domniex u ma xrobniex għax kellha tmur lura lejn xogħolha.
Dis-sena se noħroġ ma' sħabi tax-xogħol u xi ftit oħra magħżulin, ser ninfaqa' bix-xorb sakemm inħossni ħażin, bħalma ħassu Eddie f'Lock, Stock and Two Smoking Barrels meta tilef kemxa sterlini waqt logħba poker. U bħal Eddie se nqum minn fuq is-siġġu b'rasi ddur bija, bil-mużika ta' I Wanna be Your Dog ta' Iggy Pop iddur f'moħħi. U se nara kollox idur imma ser nerġa ninfaqa' nidħak, infaqqa' daħka mqita li tfisser mod għalija, u mod ieħor għal ħaddieħor.
U jista' ifaqqa l-beraq u s-sajjetti kollha li jixtieq, mhux ser nibża'.
Għandi ħamsa u għoxrin u meta kelli tlieta u għoxrin kont ħlift li ta' ħamsa u għoxrin nisserja, nissoda, u naqtagħha. Għamiltha meta kelli erbgħa u għoxrin u llum erġajt illaxkajt, xi ftit.

* * *
Mix-xellug tiegħi tfaċċat kuġinti b'drink ieħor. Dennis minn wara l-bar ferragħli ieħor u qalli Happy Birthday, sabiħ, u minn fuq il-lemin Jonny Carbone tani t-tielet wieħed.
Issa żżejjed... issa wisq... issa ħallejtkom. U bdejt nisma' I Wanna be Your Dog tidwi mingħajr waqfien, lesta biex iċċarrat u tqatta' l-intern ta' moħħi bi snienha bojod, kbar, u qerrieda.
Ħallejtkom. Għada nibla' żewġ Panadols u norqod quddiem il-logħba ta' l-Arsenal.

1 Comments:
Awguri, u qieghed ggibli memorji tal-25 tieghi. Kelli emozzjonijiet differenti, bejn ferhan u bejn kif qed jtir iz-zmien. U kif qed nahdem ma' tfal izghar mieghi x-xoghol u m'ghadniex il-baby izjed ix-xoghol jew il-klubb. U hemm min hu hafna izghar minni u ga ghamel hafna izjed minni!
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home