"Keep What Ya Got"
Jafuh bħala King Monkey, u Ian Brown veru għandu ftit xebħ ma' xadin. Meta jkanta fil-bosta kunċerti li jkollu matul is-sena ma tantx jaqta' figura tajba, tant li xi ħadd qabblu ma' papra b'wiċċha mgħammad li qed tipprova tagħmel ftit ħoss. Ian Brown kien il-kantant ta' Stone Roses, il-grupp li mill-aħħar tat-tmeninijiet sa nofs is-snin disgħin kien qed imexxi r-rivoluzzjoni mużikali li bdew qabilhom is-Smiths, u sa ċertu punt, il-Joy Division.
Ian Brown jinsab fl-erbgħinijiet, ixjeh mill-krema tar-rockstars li qed joħorġu bħalissa minn ġewwa l-Ingilterra. L-Adidas libbsuh l-aktar ġkieket rari tagħhom (£47.99 mill-ħwienet, jekk ma ssibhomx £99.99 jekk tfittex raritajiet iktar rari minn fuq l-internet) u tawh nuċċali li ma jistax jaqilgħu minn għajnejh.
Meta fiż-żmien li Stone Roses kienu jiddominaw id-dinja tagħhom (Manchester, Londra u xi ftit mill-iSkozja) Brown kien meqjus bħala l-parti d-dgħajfa tal-katina. Illum, għaddew tnax-il sena u Ian Brown kiteb ħames albums, fosthom l-aħħar wieħed li jismu World is Yours u li jinkludi fih lil Sinead O'Connor (dik li f'intervista kienet qattgħet ix-xbiha tal-Papa Wojtyla). Il-kant u l-leħen huwa totalment differenti minn dak li tisma' fil-kunċerti; hemm kariżma mitluqa, mhux daqshekk qawwija, li xorta waħda taf issaħħar anke jekk ma timpressjonax.

* * *
Miexi lura lejn il-karozza wara l-funeral ta' Ġorġ, missier sieħbi Jesmond. Hawn kwiet li jtarrax, f'din ir-rokna fil-qalb tas-Sliema li ma tarax daqshekk malajr sakemm ma tintilifx bil-karozza. Xi ftit ilfiq, ħafna nies bin-nuċċali skur u xi wħud bis-sigarett. Kliem mill-inqas, ħlief għall-Wenz li waqqafni biex jistaqsini x'deherli minn Fabregas ilbieraħ.
Daħlet f'rasi l-linja minn Keep What Ya Got, diska li Brown kiteb ma' Noel Gallagher ta' l-Oasis:
Remember where you came from
Sisters who told ya on a rainy day
They said that Heaven holds a place
For all of those who pray
Il-bieb se jħabbat għal kulħadd xi darba jew oħra. Miss il-bieb ta' Ġorġ, did-darba. J'Alla dak il-post li jsemmi King Monkey qiegħed hemm tassew.

3 Comments:
Prosit tal-blogg. Qatt ma kont rajtu, imma llum spiċċajt indur il-posts kollha.
Ang, qisna qegħdin niġru wara xulxin.
Wayne, qiegħed titkellem fuq Ian Brown u x-xadini, kumbinazzjoni s-Sibt smajt kważi l-album [i]Unfinished Monkey Businees [\i]kollu fuq l-Ipod waqt li kont qiegħed niġri ġirja.
Għal xi raġuni band kbira u mill-favoriti kbar tiegħi bħall-iStone Roses bilkemm tinstema Malta, naħseb inti l-ewwel Malti li qiegħed nisma' jsemmihom. L-uniku difett tagħhom huwa l-belt li ġejjin minnha ;)
Qiegħed issemmi lil Fabregas, il-kummenti tiegħi fuq il-logħba tal-bieraħ jistabu hawn: http://www.jplfcramblings.blogspot.com
Saħħiet.
Grazzi Angelo u Jean Paul.
Veru li ma tantx jissemmew l-iStone Roses f'pajjizna, raguni principali hija l-muzika Ngliza, jekk ma tasalx fic-charts fl-Amerka, mhux ser tismaghha hawn. U specjalment fil-kaz ta' Manchester, kellhom ikunu l-Oasis sabiex dik il-muzika harget b'tant sahha u waslet hawnhekk.
Dwar Fabregas... ser noqghod kwiet, kellna nirbhuha nahseb :)
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home